Lokali

Ħaddiem iweġġa’ gravi f’Ħal Far

Tuneżin residenti Wied il-Għajn kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li ndarab fuq il-lant tax-xogħol.

Il-każ seħħ għall-ħabta tad-disgha tas-Sibt filgħodu f’garaxx fiż-Żona Industrijali ta’ Ħal Far meta għal xi raġuni waqgħet fuqu injama li nkissret waqt li r-raġel kien qiegħed iħott xi affarijiet minn kontejner.

Fil-post ġie msejjaħ tim mediku tal-ambulanzi li ħa lill-vittma l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.