Ħarġu l-ewwel dettalji dwar il-Funeral, li se jinżamm is-Sibt li ġej. Iċ-ċerimonja se tinżamm fit-3pm ħin fir-Renju Unit (fl-4pm ħin f’Malta), fil-Kappella ta’ San Ġorġ f’Windsor Castle, u qabel se tinżamm minuta silenzju mal-pajjiż kollu.
Kollox se jinżamm fil-privat, bit-tebut se jittieħed lejn il-West Steps tal-Kastell abbord land rover li l-Prinċep Philip stess kien iddiżinja.
Min-naħa tiegħu, il-Prinċep Harry se jkun qed jattendi għaċ-ċerimonja f’titjira mill-Istati Uniti, għalkemm martu Meghan ingħatat il-parir li ma tattendix minħabba li qed tistenna tarbija.
Għalkemm s’issa għadu mhux magħruf min se jkun mistieden għaċ-Ċerimonja Rjali, se jkunu segwiti r-restrizzjonijiet tal-Gvern Ingliż, fejn mhux aktar minn 30 persuna se jkunu jistgħu jattendu.
//= $special ?>