Lokali

“Luca kien dejjem ferħan jilgħab il-futbol sakemm indunajna li għandu kanċer”

Luca hu tifel ta’ sena u disa’ xhur, li sa ftit taż-żmien ilu kien jilgħab il-futbol ma’ missieru. Iżda f’daqqa, dan spiċċa ttieħed b’emerġenza l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn qed jiġġieled il-kanċer u anke l-virus tal-Covid-19… fl-istess jum li missier sar jaf li se jispiċċa bla xogħol.

Bħalissa, Luca jinsab l-Isptar Mater Dei, f’Rainbow Ward, fejn qed isirulu għadd ta’ testijiet, filwaqt li fil-jiem li ġejjin mistenni jibda jingħata l-kura meħtieġa kontra l-kanċer tal-lymphoma, li qed jattakkalu b’mod aggravat n-naħa tax-xellug ta’ sidru.

Iżda barra minhekk, sfortunatament, minħabba li għandu wkoll il-Covid-19, dan qed jagħmlu ferm aktar vulnerabbli.

Kif spjega missieru – Patrick Maia – li se jkun qed jitlef xogħlu bħala player professjonali, fid-dawl tal-miżuri li hemm fis-seħħ. Ma’ NET News qal kif ħassu hekk kif ħadu l-aħbar xejn sabiħa tat-tifel.

Iżda minkejja dan kollu, Patrick grat ferm għall-appoġġ li qed isib mill-Maltin. Dan wara li sħabu ddeċiedew li jibdew jiġbrulu l-flus u ikel b’donazzjonijiet bħala għajnuna f’dan iż-żmien.

Min-naħa tiegħu, wieħed mill-ħbieb ta’ Patrick, Romeu Romao, qalilna li meta jħares lejn Luca, hu jiftakar f’ibnu stess li hu tampar it-tifel. Kien għalhekk li ddeċieda li jgħin kif jista’.

Ma jistax jonqos li Patrick irringrazzja lill-Maltin kollha, hekk kif qed iħossu tant milqugħ f’Malta f’dan iż-żmien diffiċli.

Min jixtieq jgħin jista’ jgħaddi donazzjonijiet fuq Revolut tal-player Romeu Romao fuq in-numru 99797986 jew BOV Mobile Pay fuq l-istess numru.