Lokali

Matthew Xuereb maħtur president ġdid tal-IĠM

Ritratt: Istitut tal-Ġurnalisti Maltin
Kurt Sansone wkoll inħatar fuq il-bord tal-Istitut

L-assistent editur ta’ Times of Malta, Matthew Xuereb inħatar President ġdid tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin wara l-President preċidenti, Sylvana Debono telqet mill-kariga hekk kif m’għadix taħdem fil-ġurnaliżmu.

Fuq il-bord żdied ukoll l-editur tal-portal ta’ MaltaToday, Kurt Sansone li ħa post il-ġurnalist Nigel Mifsud li wkoll biddel il-linja tax-xogħol tiegħu.

Xuereb ilu fil-ġurnaliżmu għal iktar minn 20 sena filwaqt li Sansone ilu ġurnalist għal kważi 25 sena. It-tnejn se jservu fil-karigi tagħhom għal dan il-kunsill sal-aħħar tal-2022.

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin irringrazzjaw lil Debono u Mifsud tax-xogħol tagħhom fi ħdan l-Istitut.