Sport Sport Ieħor

Rachael Blackmore l-ewwel mara li tirbaħ il-Grand National

(Ritratt: EPA)

Rachael Blackmore kitbet l-istorja hekk kif saret l-ewwel jockey mara li rebħet il-Grand National fuq iż-żiemel Minella Times li saru f’Aintree.

Blackmore kienet kkwotat 11-1 li tirbaħ din it-tellieqa fejn irnexxielha tegħleb l-isfida ta’ Balko Des Flos u Any Second Now filwaqt li Burrows Saint temm fir-raba’ post.

Il-jockey Irlandiża ta’ 31 sena x-xahar li għadda niżżlet ukoll isimha fl-istorja taċ-Cheltenham Festival meta saret l-ewwel mara li kienet fuq quddiem f’dan il-festival.

Minħabba l-pandemija tal-COVID-19 ma kien hemm l-ebda spettaturi fil-korsa ta’ Merseyside.