Lokali

Raġel gravi wara li għeleb scaffolding bih f’Bormla

Palestinjan residenti Ħal Luqa kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li waqa’ sular f’Bormla hekk kif kien qiegħed jagħmel xi xogħol.

Il-każ seħħ ftit wara s-saghtejn tas-Sibt waranofsinhar fi Triq Dom Minttof meta waqt li r-raġel ta’ 46 sena kien qiegħed jagħmel xi xogħol, għal xi raġuni għeleb bih l-iscaffolding bil-konsegwenza li waqa’ madwar sular.

Fil-post ġie msejjaħ minnufih tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lir-raġel l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.