Lokali

Rapporti jindikaw li n-negozjant Charles Polidano ġie interrogat mill-Pulizija

Rapporti fil-media qed jallegaw li s-Sibt waranofsinhar in-negozjant Charles Polidano kien interrogat mill-Pulizija fuq allegat theddid, vjolenza u revenge porn.

Hekk ġie rrapportat mill-ġurnal Times of Malta fejn intqal li n-negozjant kien arrestat fir-residenza tiegħu f’Ħa Safi, u eskortat mis-CID lejn id-Depot tal-Pulizija fil-Floriana.

Filwaqt li allegatament il-Pulizija wettqet tfittxija fir-residenza tiegħu, ġew elevati wkoll numru ta’ apparat elettroniku.

Sa filgħaxija ma kienet ħarġet ebda stqarrija mid-Depot.