Futbol Sport

Real Madrid jirbħu l-‘El Classico’ u jitilgħu momentarjament fl-ewwel post

(Ritratt: EPA)

Real Madrid rebħu 2-1 l-‘El Classico’ kontra Barcelona biex b’hekk telgħu momentarjament fl-ewwel post tal-La Liga b’66punt daqs Atletico Madrid iżda b’differenza ta’ gowls aħjar u punt aktar minn Barcelona, f’dik li qed tiżvolġi bħala tellieqa interessanti għar-rebħ tal-kampjonat din is-sena.

KARIM BENZEMA fetaħ l-iskor għal Real Madrid fit-13-il minuta meta kkonkluda bit-takkuna cross ta’ Lucas Vazquez. Fit-28 minuta, Real Madrid għamluhom 2-0 bi freekick mill-isbaħ ta’ TONI KROSS. Sitt minuti wara Real Madrid setgħu għamluhom 3-0 meta l-konklużjoni ta’ Federico Valverde ħabtet mal-wieqfa. Barcelona naqsu l-iskor mas-siegħa logħob meta minn cross fil-baxx ta’ Jordi Alba, kien OSCAR MINGUEZA li kkonluda għal wara Courtois. Fil-ħin addizzjonali fi tmiem it-tieni taqsima Real Madrid temmew jilgħabu b’għaxar players meta tkeċċa Casemiro għat-tieni karta safra.

LA LIGA

Illum: Getafe v Cadiz 0-1, A. Bilbao v D. Alaves 0-0, Eibar v Levante 0-1, Real Madrid v Barcelona 2-1 Għada: Villareal v Osasuna 2.00pm, Valencia v Real Sociedad 4.15pm, Real Valladolid v Granada 6.30pm, Real Betis v A. Madrid 9.00pm It-Tnejn: Celta Vigo v Sevilla 9.00pm