Lokali

Rekord ta’ bejgħ ta’ propjetà li jlaħħaq ma’ dak ta’ Jannar tal-2017

L-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi ħabbret li f”Marzu kien irreġistrat rekord ta’ bejgħ ta’ propjetà. Dan hekk kif żdiedet id-domanda tas-second time buyers.

Informazzjoni turi li fit-tielet xahar ta’ din is-sena kien irreġistrat l-ogħla numru ta’ konvenji kemm fi kwantita kif ukoll f’valur sa minn Jannar tal-2017. Filfatt kienu rreġistrati 2,108 kuntratt, b’valur ta’ €487 miljun.

Din hija żieda ta’ 87%.

L-MDA qalet li żdiedet it-talba għal art agrikola u għall-użu rikreazzjonali, kif ukoll għal propjetajiet akbar b’ġonna u spazji miftuħa, kif ukoll għal propjetà f’Għawdex.

L-Assoċjazzjoni qalet li l-ekonomija qalgħet daqqa kbira f’Marzu minħabba l-klima politika tqila u minħabba prosekuzzjonijiet ta’ personalitajiet politiċi u tan-negozju, ħafna issa qed jinvestu fil-propjetà.

L-MDA enfasizzat il-bżonn li l-Gvern u l-awtoritajiet isiru aktar effiċjenti u konsistenti. Dan, qalet l-assoċjazzjoni, huwa kruċjali għal futur sostenibbli fis-suq tal-propjetà.