Madwar ir-Renju Unit kollu, , f’Ġibiltà u minn fuq il-vapuri tal-gwerra, matul il-ġurnata tal-lum mistenni jingħata salut bl-isparar wara li lbieraħ miet id-duka ta’ Ediburgh, il-Prinċep Philip.
Hu kellu 99 sena.
L-isparar se jibda f’nofsinhar u saluting batteries se jkunu qed jisparaw 41 round – wieħed kull minuta – f’Londra, Edinburgh, Cardiff u Belfast fost l-oħrajn.
L-HMS Diamond u l-HMS Montrose ukoll se jkunu qed jingħaqdu fis-salut lill-Prinċep li serva bħala uffiċjal navali waqt it-tieni gwerra dinjija. Hu kellu t-titlu ta’ Lord High Admiral. Fil-karriera navali tiegħu il-Prinċep Philip serva wkoll f’pajjiżna għal xi żmien.
Intant fl-aħħar sigħat waslu bosta messaġġi ta’ kondoljanzi lir-Reġina Eliżabetta II u l-familja rjali mhux biss mingħand il-mexxejja tad-dinja kollha imma anke mingħand ħafna membri tal-pubbliku.
Il-Prinċep Philip, li kien magħruf għall-mod skjett u dirett tiegħu, kien maħbub minn ħafna.
//= $special ?>