Lokali

Żagħżugħ gravi wara argument f’Ħaż-Żebbuġ

Ritratt: Arkivji

Żagħżugħ ta’ 22 sena mill-Gambja kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara argument f’sit ta’ kostruzzjoni f’Ħaż-Żebbuġ.

Dan hekk kif il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Mikielang Sapiano fejn jirriżulta li qam argument bejn raġel ta’ 44 sena residenti San Ġwann u l-vittma wara li jidher li ż-żagħżugħ dabbar daqqa permezz ta’ oġġett iebes.

Fil-post ġiet imsejħa ambulanza li ħadet lill-barrani l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjoni tagħha dwar il-każ.