Żewġ irġiel Somali, wieħed ta’ 35 sena u l-ieħor ta’ 40 sena sofrew ġrieħi gravi wara argument bil-fliexken.
L-argument seħħ f’xi nofsillejl fi Triq il-Port, iż-Żebbuġ, Għawdex.
Uffiċjali tal-Pulizija waslu fil-post fejn sabu l-irġiel b’feriti. Waqt l-argument jidher li ntużaw flixkun tal-ħġieġ u arma li taqta’.
Tim mediku ta l-ewwel għajnuna, u ambulanza ħadithom l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura.
Aktar tard, it-tnejn ġew iċċertifikati li weġġgħu gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>