Lokali Qorti

Avukat akkużat li ħareġ digrieti ta’ diferiment foloz

L-Avukat Amadeus Cachia wieġeb mhux ħati tal-akkuża miġjuba kontrih li ħareġ digrieti ta’ diferimenti foloz ta’ priġunieri li qegħdin il-Ħabs, għalhekk ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet fosthom depożitu ta’ €2,500 u garanzija personali ta’ €10,000.

Il-Qorti mmexxija mill-Maġistrat Josette Demicoli qalet li l-Avukat kien jiffalsifika digrieti tal Qorti Kostituzzjonali u jgħaddihom il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin sabiex jgħadduhom lill-klijenti tiegħu.

Għalkemm id-difiża talbet sabiex isem l-akkużat ma jixxandarx, il-Qorti ċaħdet it-talba għad-divjett.

L-Avukat Amadeus Cachia ngħata ordni biex ma jkollux kuntatt max-xhieda tal-Prosekuzzjoni.