Ebda fatalità fl-aħħar sigħat
Fl-aħħar sigħat kienu reġistrati 66 każ ġdid pożittiv għall-coronavirus. Dan filwaqt ma kien hemm ebda fatalità.
Tħabbar ukoll li fiequ 44 persuna, bl-ammont totali ta’ dawk imfejqa issa jammonta għal 28,654. It-total ta’ każi attivi jammonta għal 558.
Il-persuni li tlaqqmu biż-żewġ dożi jlaħħaq is-69,306 filwaqt li ngħataw total ta’ 240,984 doża.
//= $special ?>