Lokali

“Dellijiet koroh b’riperkussjonijiet fuq pajjiżna”

Ir-reputazzjoni ta’ Malta tkissret u ‘l quddiem bħala poplu se nkunu qed inbatu riperkussjonijiet akbar minn dak tal-lum jekk is-sitwazzjoni tibqa’ kif inhi.

Dikjarazzjoni ċara mill-eks Kap tal-PN Simon Busuttil li llum jokkupa l-irwol ta’ Segretarju Ġenerali tal-Grupp tal-Partit Popolari Ewropew waqt intervista li saritlu minn Andrew Azzopardi.

Simon Busutill tenna li llum l-poplu Malti bir-raġun jistaqsi dwar id-dellijiet koroh li hemm fuq il-Gvern Laburista, fejn iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qed joħroġ biċ-ċar li l-poplu Malti ma jixraqlux ikollu Gvern li jmexxi b’dan il-mod.

Is-Segretarju Ġenerali tal-PPE qal li jeħtieġ li jittieħdu passi serji u kollettivi biex jitnaddaf isem pajjiżna. Passi li jkollhom is-sehem u l-appoġġ ta’ dawk kollha li huma ta’ rieda tajba.