Minkejja li l-Prim Ministru l-Ħadd filgħodu prova jiġġustifika id-deċiżjonijiet illi ħa ftit tal-ġimgħat ilu, meta għalaq diversi stabilimenti kummerċjali, bosta negozji fosthom sidien tal-bars u ristoranti għadhom fl-għama dwar x’se jiġri fil-ġranet li ġejjin.
Abela stqarr ukoll li jifhem lil dawk kollha li għandhom għal qalbhom l-isports… iżda hawn ukoll… m’offra ebda alternattiva.
Aktar kmieni din il-ġimgħa, kienu diversi assoċjazzjonijiet sportivi li saħqu li l-isport m’għadux ikun kkonsidrat bħala passatemp iżda bħala xi ħaġa essenzjali għas-saħħa fiżika u mentali ta’ ħafna nies. Iżda minkejja kollox.. dawn it-talbiet waqgħu fuq widnejn torox.
Fid-diskors tiegħu, il-Prim Ministru ammetta li l-moviment laburista seta’ għamel diversi affarijiet aħjar.
Sadanittant, waqt id-diskors tiegħu tal-Ħadd, Robert Abela naqas milli jitkellem dwar il-kuntratt li ġie mgħoti Daniel Bogdanovic mill-Ministru tal-Edukazzjoni Justyne Caruana…Kuntratt ta’ 15,000 għal tliet xhur xogħol…. dwar il-Ministru involut fis-serqa tal-HSBC fl-2010 u lanqas dwar l-iskandlu tal-kumpanija Macbridge wara l-allegazjonijiet serjissimi ta’ rabtiet li kellhom Konrad Mizzi u Keith Schembri maċ-Ċiniżi li kienu xtraw parti mill-powerstation f’pajjiżna.
//= $special ?>