Internazzjonali

Għexieren ta’ mejtin fost il-kriżi ta’ Myanmar

L-attivisti favur id-drittijiet umani fi Myanmar qalu li l-qawwiet tal-Ġunta qatlu ‘il fuq minn 80 persuna huma u jippruvaw irażżnu protesta kontra l-mexxejja militari tal-pajjiż, fil-belt ta’ Bago.

Filwaqt li l-militar laħqu ‘iddisponew’ minn ħafna katavri, in-numru eżatt tal-imwiet f’dan il-każ jista’ ma jkun stabbilit qatt.

Jidher ukoll li fl-azzjoni, is-suldati użaw l-armi aktar komuni għal xi kamp ta’ battalja u fejn ‘fetħu n-nar fuq kulmin inzertaw’.

Fi Myanmar inqatlu ‘il fuq minn 600 mindu seħħ il-kolp ta’ stat militari ta’ Frar – u meta l-Armata qed tirrikorri dejjem aktar għal vjolenza kontinwa biex tibqa fil-kontroll tal-pajjiż.