Lokali

Ikompli jonqos id-distakk bejn iż-żewġ partiti: l-aqwa riżultat għal Bernard Grech

Iż-żewġ surveys ippubblikati llum jikkonfermaw ix-xejra pożittiva għall-PN. Is-survey ippubblikat fit-Torċa juri li minn Jannar sal-lum il-PN naqqas id-distakk b’madwar 10,000 vot, filwaqt li Bernard Grech żied 4.4% mis-survey li sar f’Jannar li għadda.

Jekk wieħed iqabbel l-istess perjodu għas-survey tal-MaltaToday isib li hawn ukoll id-distakk naqas b’madwar 7,000 vot. Mill-aħħar elezzjoni il-Partit Nazzjonalista naqqas id-distakk b’terz, b’żieda ta’ aktar minn 10,000 vot fl-aħħar xahar. Dan filwaqt li kien hemm tnaqqis marġinali bejn iż-żewġ partiti b’żieda għall-Partit Nazzjonalista.

Skont l-istħarriġ tal-MaltaToday il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech irreġistra l-ogħla persentaġġ ta’ fiduċja fost in-nies… dik ta’ 35.8%… żieda ta’ 1% fuq ix-xahar li għadda.

Dawk il-persuni li ma jafux kif se jivvutaw fl-elezzjoni li jmiss jew li qalu li mhux se jivvutaw qed jonqsu – dan juri li l-votanti qed jibdew jiddeċiedu x’se jagħmlu fl-elezzjoni ġenerali li jmiss. Id-differenza fin-numru assolut ta’ voti hija l-aktar waħda baxxa minn Ġunju tal-2017 u ftit aħjar minn Ġunju tal-2017.

Bernard Grech igawdi iktar fiduċja minn Robert Abela fir-reġjun tat-Tramuntana li jinkludi fih il-Għargħur, il-Mellieħa, l-Imġarr, il-Mosta, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar. Hawnhekk huwa jgawdi fiduċja ta’ iktar minn 55% komparat mal-31% illi jgawdi Robert Abela.

Fost dawk li għandhom bejn 36 u 50 sena