Sport Sport Ieħor

Il-Malta Motorsport Federation fit-23 programm ta’ ‘SPORT EXTRA’

Minkejja li l-attivitajiet tal-isport f’pajjiżna jinsabu wieqfa għal kollox , illum fuq NetTV mill-4.00 pm ‘l quddiem jixxandar il-programm numru 23 mis-serje SPORT EXTRA .

Programm dedikat għal dak li qed iseħħ fi ħdan il-Malta Motorsport Federation. Fl-ewwel parti intervista ma’ OLIVER ATTARD wieħed mill-uffiċjali ewlenin dwar is-settur amministrattiv fi ħdan il-Federazzjoni .

Fit-tieni parti servizz dettaljat dwar il-karting. Intervisti ma’ MARIO BARTOLO- Teżorier tal-Island Karting Club u ma’ TONIO MIZZI – President ta’ Karting Club – Malta. Fl-aħħar parti kummenti mis-sewwieqa żgħażagħ li jippromettu fix-xena tal-karting f’pajjiżna.SPORT EXTRA għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli b’muntaġġ tas-servizzi minn Samira Cachia Spiteri u filmati ta’ Joe Sultana .