Lokali

“Il-PN dejjem offra direzzjoni li tgħannaq ‘il-bniedem u tħares lis-soċjetà” – Bernard Grech

Segwi l-intervista hawnhekk.

“Il-Partit Nazzjonalista dejjem kellu direzzjoni li tgħannaq il-bniedem”. Hekk tenna l-Kap tal-PN Bernard Grech f’intervista li kellu ma’ Charmaine Attard min-Newsbook.com.mt, hekk kif qal li din il-politika tal-PN twassal biex wara kollox tkun imħarsa s-soċjetà Maltija.

Ikompli jonqos id-distakk bejn iż-żewġ partiti

Dwar iż-żewġ surveys ippubblikati l-Ħadd li kkonfermaw ix-xejra pożittiva għall-PN. Il-Kap tal-PN qal li l-PN jeħtieġ iżomm saqajh mal-art, ikompli jersaq viċin in-nies, u jisma’ lin-nies biex ifassal politika li tirrapreżenta lill-poplu Malti u Għawdxi.  

L-immigrazzjoni

Meta mistoqsi dwar il-kwistjoni tal-immigrazzjoni, Bernard Grech tenna li din is-sitwazzjoni rridu nħarsu lejha b’serjetà. Huwa qal li bħala pajjiż għandna dmirijiet morali, li nħarsu l-ħajja ta’ kull uman.

“Fid-deċizzjonijiet li nkun qed nagħmel jien se nkun qed inpoġġi lil pajjiżi l-ewwel, imma se nkun qed inħares ukoll l-ħajja umana”.

Huwa qal li għandna obbligu iżda li nindirizzaw din il-problema fil-qalb, li naraw il-problemi li hemm fil-pajjiżi differenti li l-immigranti jiġu minnhom.

Il-Kap tal-PN qal li din il-problema faċli tkun tista’ indirizzata fuq bażi ta’ UE, dejjem jekk nitilqu bil-ħsieb tad-djalogu li wara kollox inħarsu wkoll l-interessi Nazzjonali u l-ħajja umana. Bernard Grech qal li jekk f’issue bħal din, jeħtieġ li jkun hawn it-trasparenza, u li wara kollox il-poplu jkun infurmat b’dak kollu li jkun qed jiġru.

Irridu naħdmu flimkien biex nelliminaw il-prekarjat

Dwar il-prekarjat, il-Kap tal-PN tenna li fejn hemm bżonn jeħtieġ li ssir investigazzjoni biex min iħaddem jagħmel profitt, imma jħallas b’mod denju wkoll lill-ħaddiema tiegħu.

“Is-settur tal-gaming, l-avjazzjoni, il-farmaċewtika u bosta setturi oħrajn ġabhom il-PN fil-Gvern, u llum dawn qed iħallu impatt pożittiv ħafna fuq l-ekonomija ta’ pajjiżna

Nattiraw investiment ġdid

Huwa qal li kieku hu PM, jrid joħloq aktar niċeċ ġodda, u jkun eliminat l-iżbilanċ li hemm fis-setturi li hawn f’pajjiżna. Ġab l-eżempju fuq in-nuqqas ta’ ħaddiema li hawn fl-edukazzjoni u s-saħħa, u li huma rwoli b’valur. Huwa qal li biex tattira nies ġodda f’dawn is-setturi, trid toħloq inċentivi, għax dawn ix-xogħlijiet huwa kollha vokazzjonali. Bernard Grech qal li jeħtieġ li nemmnu fil-ħtieġa ta’ dawn l-impjiegi li wara kollox insaħħu u ntejbu l-kundizzjonijiet ta’ dawn ix-xogħlijiet.

“Irridu naħtfu l-opportunità ta’ Brexit, Malta tista’ toffri kenn għall-inovazzjoni, ma nistgħux nilimitaw lilna nfusna, irridu nħarsu lejn l-intelliġenza virtwali, il-poplu Malti huwa kapaċi. L-innovazzjoni se tgħin biex jinħolqu niċeċ ġodda għal Malta tagħna”

Robert Abela ċass quddiem l-iskandli fi ħdan il-Gvern

Dwar l-istituzzjonijiet f’pajjiżna, qal li jeħtieġ li dawk fl-awtorità jagħmlu dak li hu dover tagħhom u fejn jaraw li qed ikun hemm ksur ta’ liġi, jinvestigaw kif suppost.

PM ċass li ma jsaqsix fuq l-allegazzjonijiet li hemm fuq membri tal-Kabinett. Robert Abela qed jibqa’ ċass u ma jagħmel xejn, li mhux jieħu passi. Jekk l-istituzzjonijiet inħalluhom jaħdmu, żgur se jagħmlu biċċa xogħol tajba”

Paġna ġdida għal pajjiżna biex inservu lil Malta

Meta Bernard Grech kien mistoqsi dwar xi tfisser paġna ġdida għal pajjiżna, qal li mhux biss tfisser li jkollok wiċċ ġdid, iżda li wara kollox tkun persuna nadifa, tajba li tidħol fil-politika biex twettaq il-ġid u sservi lill-poplu Malti.

“Se nibqa’ naħdem biex aktar nies ġodda u ta’ rieda tajba jersqu lejn il-PN”

Dwar l-użu tal-kannabis, il-Kap tal-PN elenka li l-PN qed iħejji diskussjoni ma’ dawk kollha konċernati, dawk li jaqblu u dawk kontra, għax pass bħal dan jeħtieġ konsultazzjoni matura.

“Irid ikun hemm analiżi ta’ kif nistgħu naraw sabiex min jagħmel użu tal-kannabis ma jagħmilx ħsara lilu nnifsu”

Meta mistoqsi dwar kemm hu kruċjali li jkun hemm liġi għal kulħadd, il-Kap tal-PN qal li jeħtieġ li jkun hemm soċjetà ġusta għal u ma’ kulħadd.

Għas-sitwazzjoni preżenti tal-Coronavirus, huwa qal li huwa ħażin li nassumu li nkunu fl-istess sitwazzjoni li ġabna fiha Robert Abela li kieku hemm hu, Bernard Grech, bħala Prim Ministru.

Huwa qal li l-PN ħa passi differenti anki mill-Oppożizzjoni fil-mod kif affaċċja l-imxija tal-Covid-19.

Għawdex prijorità għall-PN

 “Irridu naraw li n-negozji f’Għawdex ikunu jistgħu jinvestu, u li ż-żgħażagħ Għawdxin ikunu jistgħu javvanzaw f’Għawdex”

Bernard Grech qal li l-gżira Għawdxija hija ferm għal qalbu u għal qalb il-PN għalhekk kontinwament qed isaħħaħ il-kuntatt mal-Għawdxin, u qed jifhem l-isfidi li jeżistu. Huwa qal li l-aċċessibbiltà hija kruċjali għall-gżira Għawdxija, u l-PN qatt ma ħares lura milli jitkellem dwar din l-isfidi. Quddiem dan kollu il-PN qed ifassal proposti sabiex in-negozji f’Għawdex ikunu jistgħu jinvestu u jkbru fl-operat tagħhom. Dan filwaqt li ż-żgħażagħ Għawdxin ikollhom futur f’Għawdex stess permezz ta’ opportunitajiet li javvanzaw fil-karriera tagħhom.

Dak li ttella’ qabel

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qed ikun intervistat minn Charmaine Attard, News Manager ta’ Newsbook.com.mt.

L-intervista qed tixxandar LIVE fil-11am fuq NET Television u fuq NET FM, kif ukoll fuq il-paġni ta’ Bernard Grech u tal-Partit Nazzjonalista fuq Facebook.

Ritratti: Matthew Tabone

Ikkummenta