Sport Sport Ieħor

Jimmy White jingħata tour card għaż-żewġ staġuni li jmiss

Jimmy White ingħata tour card li biha se jkun mistieden biex jipparteċipa fiż-żewġ staġuni li jmiss tal-World Snooker Tour.

L-Ingliż ta’ 58 sena, il-ġimgħa l-oħra tilef kontra Stephen Hendry fl-ewwel round ta’ kwalifikazzjoni għal World Championships, fejn b’konsegwenza ta’dan rtita mit-tour fl-aħħar tal-istaġun.

Minkejja dan il-World Snooker Tour irrikonoxxa lil White għal kontribuzzjoni tiegħu fl-isport tal-isnooker, biċ-chairman Barry Hearn u ċ-chairman tal-‘World Professional Billiards and Snooker Association’ Jason Ferguson, jfaħħru li Jimmy White għas-suċċessi tiegħu fl-isnooker u tal-popolarita’ tieħgu mad-dinja kollha.

Flimkien ma’White, il-World Snooker Tour ta ukoll invitational Tour card lil Stephen Hendry, Ken Doherty kif ukoll Marco Fu.