Lokali

Persuna ssib diffikultà fil-bajja tal-Armier

Għall-ħabta tal-4pm persuna sabet diffikultà meta waqgħet fil-baħar u ma setgħetx titla’ fl-inħawi tal-Armier.

Raġel Kolombjan ta’ 20 sena ngħata l-ewwel għajnuna mill-membri tal-Protezzjoni Ċivili, tal-AFM kif ukoll ambulanza li waslet ftit tal-ħin wara.

Jidher li r-raġel irnexxielu jitla’ fuq il-blat iżda ma setax jitla’ iktar ‘il fuq. Kien f’dan il-ħin li ġie salvat mill-membri tal-Protezzjoni Ċivili.

Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei iżda jidher li ma sofra ebda ġrieħi.