Sport Sport Ieħor

Tenishia Thornton tikklassifika fl-10 post fil-Kampjonati Ewropej

Tenishia Thornton flimkien mal-kowċ tagħha Jesmond Caruana

Tenishia Thornton irnexxielha tikklassifika fl-10 post tal-klassifika minn tlettax-il weightlifter fil-Kampjonati Ewropej fir-Russja fil-kategorija tad-49 kilogramma. Dan ir-riżultat kien l-aħjar wieħed għal Malta fil-Kampjonati Ewropej fil-weightlifting.

Thornton ikkompetiet fil-kategorija tad-49kg u temmet b’70kg fis-Snatch u 89kg fil-clean and jerk, fejn f’din il-kategorija tejbet ir-rekord tagħha b’5kg, filwaqt li t-total ta’ 159kg kien 4kg aħjar mir-rekord preċidenti.

Fir-Russja, ikkompetiet ukoll il-weightlifter Maltija Yazmin Zammit Stevens fejn spiċċat fil-21 post tal-klassifika tal-71 kilogramma fejn kisret żewġ rekords nazzjonali, fejn irnexxielha terfa’ 88 kilogramma fl-isnatch kif ukoll 102 kilogrammi fil-clean and jerk.