Lokali

Żagħżugħ ta’ ħmistax-il sena jaqa’ fl-inħawi tal-Qrendi

Żagħżugħ ta’ ħmistax sofra xi ġrieħi hekk kif il-Ħadd waranofsinhar għall-ħabta tal-erbgħa waqa’ fl-inħawi tal-Maqluba, il-Qrendi.

Minn infromazzjoni li waslet għand Net News jidher li  ż-żagħżugħ kien ma’ żewġ żgħażagħ oħra bir-rota.

Peress li l-post ma kienx aċċessibbli kellhom jissejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jagħtuh l-ewwel għajnuna..

Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei għal iktar kura fejn jidher li sofra xi ġrieħi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.