Lokali Qorti

18-il xahar ħabs u wara li jiskonta s-sentenza jitkeċċa minn Malta

Raġel mill-Ghana, residenti ż-Żurrieq ġie kkundannat 18-il xahar ħabs wara li ammetta li dan ix-xahar kien f’kuntatt ma’ diversi persuni oħra bl-iskop biex iħajjarhom jidħlu u jitilqu minn Malta.

Yunus Yusif a,mmetta wkoll quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud li għamel użu ta’ ismijiet foloz u ffalsifika passaport u dokumenti oħrajn. Huwa ġie kkundannat 18-il xahar ħabs u ħarġet ordni lill-awtoritajiet biex malli jiskonta s-sentenza jiġi jintbagħat lejn l-Italja, l-pajjiż minn fejn ġie.