Edukazzjoni Lokali

Aktar minn 85% tal-istudenti lura fl-iskejjel primarji

Fl-ewwel jum tal-iskola għall-iskejjel primarji tal-Istat wara l-waqfa minħabba l-miżuri kontra t-tixrid tal-pandemija kif ukoll wara l-vaganzi tal-Għid, l-attendenza tal-istudenti kienet dik ta’ 85.5, dan ifisser li 14.5% baqgħu d-dar.

Bħala total globali, fil-kindergarten, fil-primarji u fl-iskejjel medji u sekondarji – l-aħħar tnejn b’tagħlim onlajn, kien hemm 80.6% attendenza ta’ studenti.

Dan hekk kif it-Tnejn filgħodu fetħu wkoll il-kindergartens, ċ-childcare centres filwaqt li l-iskejjel medji u sekondarji se jibdew jilqgħu lill-istudenti b’mod fiżiku minn nhar l-Erbgħa u nhar il-Ġimgħa rispettivament.

Intant fl-iskejjel kollha qed ikunu implimentati l-miżuri meħtieġa sabiex tkun imħarsa s-saħħa tal-edukaturi kif ukoll tal-istudent fl-isfond tal-pandemija tal-Covid-19.