Futbol Sport

Andrew Cohen se jilgħab fl-Ewropa qabel jirtira uffiċjalment

Ftit tal-minuti ilu il-paġna sportiva Replay ħabbret li Gżira United offrew lil Andrew Cohen l-opporunita’ li jilgħab magħhom fl-Ewropa qabel jirtira uffiċjalment.

Iktar kmieni din is-sena Cohen kien ħabbar li fi tmiem l-istaġun kien se jkun qed jirtira mill-futbol Malti bħala plejer biex jikkonċentra fuq il-karriera ta’ kowċ. Madanakollu, id-diriġenti ta’ Gżira ħassew li plejer b’karriera bħal ta’ Andrew Cohen jixraqlu jirtira fil-ground u mhux bil-mod kif intemm il-kampjonat.

Replay ikkonferma wkoll li Cohen aċċetta din il-proposta u se jkun qed jilgħab ma’ Gżira fl-esperjaneza tagħhom fl-Ewropa, biex imbagħad itemm il-karriera tiegħu kif tintemm l-avventura ta’ Gżira f’din il-kompetizzjoni.