Futbol Sport

Giovanni Tedesco mistenni jħalli lil Sirens

Il-kowċ Taljan Giovanni Tedesco mistenni jħalli lil Sirens hekk kif ġie fi tmiemu l-kuntratt tiegħu fl-aħħar tal-istaġun, bil-klabb jidher li ma avviċinax lil Tedesco għal estensjoni tal-kuntratt.

Tedesco għandu esperjenza vasta fil-futbol lokali hekk kif mexxa diversi timjiet fosthom lil Birkirkara, Floriana, Gżira, Ħamrun u Floriana. Kellu wkoll esperjenza fil-Emirati Arab Maqgħuda mat-tim ta’ Al Bataeh Club, biex f’Diċembru li għadda inaqqgħad ma’ Sirens fejn mexxijhom għad-disa’ post tal-Kampjonat BOV Premier.