Lokali

Il-futur tal-Air Malta jibqa’ inċert

Hekk kif il-linja tal-ajru Nazzjonali qed tiffaċċja kriżi finanzjarja u l-futur tagħha għadu inċert għall-aħħar, il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana kkonferma magħn State Aid.

Filfatt dalgħodu l-Ministru tal-Finanzi kkonferma ma’ Net News li sa issa mhemmx indikazzjoni jekk din l-iState Aid hux se tiġi approvata mill-Unjoni Ewropea.

Gvern Laburista ilu s-snin jitfa’ l-problemi tal-Air Malta taħt it-tapit, u juża propaganda politika biex ipinġi stampa sabiħa biex jgħatti l-verità, bil-Ministru Konrad Mizzi sa ftit tas-snin ilu jesprimi ċ-ċertezza li fi ftit taż-żmien il-kumpanija kienet se terġa’ tqum fuq saqajha.

Il-linja Nazzjonali tal-ajru timpjega ‘l fuq minn 300 ruħ, li l-futur tagħhom jibqa’ imdendelm u bil-Gvern jispiċċa f’sitwazzjoni fejn se jkollha tkun l-Unjoni Ewropea l-aħħar tama ta’ salvazzajoni għall-Air Malta.