Wara li ftit tal-jiem ilu, l-aħwa Degiorgio permezz ta’ stqarrija qajmu dubju dwar il-fatt li l-Kabinett għadu ma ħax deċizjoni fuq it-talbiet tagħhom għall-maħfra Presidenzjali, jidher li l-Gvern qed ikompli jkaxkar saqajh biex jiddeċiedi.
L-aħwa Degiorgio qed jitolbu maħfra biex jikxfu, fost l-oħrajn, dettalji dwar Ministru attwali fil-Kabinett involut f’reati kriminali kbar, u eks Ministru implikat f’reati oħra.
Talba identika qed jagħmilha Vince Muscat il-Koħħu, li wkoll għamel allegazzjonijiet identiċi għal dawk taż-żewġ irġiel li flimkien miegħu jinsabu akkużati bl-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.
Madankollu l-Ministri tal-Gvern qed jibqghu ikaxkru saqajhom, u kienu skomdi jitkellmu dwar dawn il-proklami, meta mistoqsija dwarhom minn Net News huma u deħlin Kastilja dalgħodu.

