Futbol Sport

Il-kompetizzjonijiet kollha tal-GFA ġew abbandunati

Fi stqarrija il-Gozo Football Association ħabbret li l-kompetizzjonijiet kollha organizzati mill-istess assoċjazzjoni, fil-livellu kollha, ġew abbandunati. Dan wara li l-isport ma kienx wieħed mir-restrizzjonijiet li ġew rilaxxati fl-aħħar rilassament ta’ miżuri, b’ konsegwenza li kienet diffiċli ħafna li l-klabbs Għawdxin ikomplu l-kampjonat.

Din id-deċiżjoni ttieħdet waqt laqgħda virtwali tal-Kunsill tal-GFA fejn ħdax-il tim ivvutaw favur li l-kampjonati jiġu nulli, filwaqt li tlieta ivvutaw kontra. B’hekk f’Għawdex, għat-tieni sena konsekuttiva mhux se jkun rebbieħa tal-kampjonati tal-ewwel u t-tieni diviżjoni, fejn mhux se jkun hemm ukoll promozzjonijiet u relgazzjonijiet.

Fil-kampjonati Għawdxin kienu għadhom ma ntlagħbux il-75% tal-partiti u b’hekk ma setgħetx tkun implimenta ir-regola tal-forza maġġuri, b’konsegwenza li l-kampjonati kellhom jiġu ddikjarati nulli.

Il-GFA flimkien mal-klabbs Għawdxin urew id-dispjaċir għal fatt li għat-tieni sena konsekuttiva il-ħidma li twettqet kemm mill-assoċjazzjoni kif ukoll mill-klabbs kollha Għawdxin, spiċċat fix-xejn.