Lokali Qorti

Is-seba’ persuna akkużata bi €58,000 fi frodi dwar storja romantika fittizja

Dishwasher, li l-kont bankarju tieġu allegatament kiber permezz ta’ depożitu ta’ €8,000 miksub permezz ta’ involviment fi frodi ta’ storja romantika fittizja, inżamm taħt arrest preventiv mal-arrest hekk kif tressaq il-Qorti.

Youssouf Madou Soumaoro Ben, ċittadin Ivorjan ta’ 35 sena, ġie rintraċċat u arrestat minn investigaturi li kienu qed jaħdmu fuq każ ta’ frodi romantiku fejn mara anzjana kienet allegatament iffrodata minn madwar €58,000 wara li ġiet imħajra f’relazzjoni virtwali ma’ persuna, li kien qed jippoża bħala suldat Amerikan stazzjonat fl-Afganistan.

Sitt suspettati, ħames irġiel u mara, diġa tressqu l-Qorti fi Frar b’rabta mal-każ, u kollha wieġbu mhux ħatja ta’ ħasil ta’ flus u bbenefikaw minn atti ta’ kriminalità.

Waqt li komplew l-investigazzjonijiet, il-pulizija rintraċċat is-seba’ suspettat li allegatament kien ibbenefika minn madwar € 8,000 mibgħuta fil-kont bankarju tiegħu.

Ir-raġel ġie akkużat b’diversi atti ta’ ħasil ta’ flus, inkluż akkwist, aċċettazzjoni jew trasferiment ta’ propjetà li hu ssuspetta li setgħet kienet direttament jew indirettament miksuba permezz ta’ attività kriminali, kif ukoll li xjentement irċieva propjetà misruqa.

L-akkużat wieġeb mhux ħati. Il-qorti, preseduta mill-maġistrat Joseph Mifsud, laqgħet talba mill-prosekuzzjoni għal ordni ta’ ifriżar fuq l-assi kollha, kemm mobbli kif ukoll immobbli, tal-akkużat.

Ma saret l-ebda talba għal pleġġ fl-istadju tal-arrest u r-raġel inżamm taħt arrest preventiv. L-Ispetturi Claire Borg u Sarah Zerafa mħarrka flimkien mal-avukati milll-A.Ġ. Abigail Caruana Vella, Karl Muscat u Sean Xerri de Caro.