Lokali Parlament

L-Avviżi Legali dwar l-għaqdiet volontarji għandhom ikunu rtirati


Kevin Cutajar, PN

Id-deputat Nazzjonalista Kevin Cutajar appella lill-gvern biex jirtira l-avviżi legali li se jxekklu l-ħidma tal-għaqdiet volontarji.

Fl-Aġġornament Kevin Cutajar tkellem dwar l-għaqdiet volontarji u ż-żewġ avviżi legali ta’ Settembru li għadda dwar il-ġbir pubbliku u dwar il-ħwienet li minnhom jinġabru l-flus għall-karità. Dawn kienu inizjattivi pożittivi għall-għadiet volontarji iżda l-gvern qed jirregola dawn iż-żewġ strumenti u għabbiehom b’ħafna regoli.

Il-gvern issa qed iwaħħal fil-Moneyval għall-miżuri li kellu jdaħħal, sostna Kevin Cutajar, li spjega li din is-sitwazzjoni wasslet propju minħabba l-korruzzjoni tal-Gvern Laburista.

Hu qal li fl-aħħar rapport tal-Moneyval pubblikat fl-2019 kien speċifikat li l-għaqdiet volontarji ma jintużawx għall-ħasil tal-flus jew biex ikun finanzjat it-terroriżmu.

Il-Moneyval appella biex ikun hemm monitraġġ quddiem dan ir-riskju iżda l-gvern qata’ għad-dritt li għabba ħafna piżijiet fuq l-għaqdiet. Wara li daħħal fis-seħħ l-avviżi legali, issa l-gvern irid jibda l-konsultazzjoni pubblika.