Knisja Lokali

L-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona stabbli imma jibqa’ l-isptar

L-Arċisqof Emeritu Monsinjur Pawlu Cremona jinsab f’kundizzjoni stabbli għalkemm jibqa’ rikoverat fl-isptar Mater Dei.

Dan ikkonfermawh ma’ Net News sorsi fi ħdan il-Kurja fl-aħħar ħin.

Il-Ħadd, stqarrija maħruġa mill-Kurja ikkonfermat li l-Arċisqof Emeritu kellu jiddaħħal l-Isptar Mater Dei wara li kien sarlu intervent minuri f’qalbu.

L-Arċisqof Charles J Scicluna wara l-Quddiesa tal-Ħadd, ħeġġeġ lill-Insara biex jitolbu għal Pawlu Cremona għal fejqan ta’ malajr.

Monsinjur Pawl Cremona, li hu Dumnikan, kien ġie ordnat Isqof f’Jannar tal-2007 u serva f’din il-kariga għal seba’ snin

L-Arċisqof Emeritu għandu 75 sena.