“Kull avveniment li għandu jsir, għandu jiġi ppjanat għall-interess Nazzjonali u mhux għall-interessi tal-ftit.”
Sostna dan it-Tabib tal-Emerġenza Jonathan Joslin fuq il-midja soċjali hekk kif ippublika reklam li qed isir ta’ avveniment tal-massa f’Settembru.
Dan hekk kif il-party tal-Lost and Found, li sena wara oħra jiġbed eluf ta’ żgħażagħ, kemm Maltin kif ukoll turisti, lejn San Pawl il-Baħar.
Il-party mistenni jiġi organizzat fuq mhedda ta’ erbat ijiem mill-1 sa l-4 ta’ Settembru.
Jonathan Joslin insista li, “meta twettaq żball hemm tlett affarijiet li wieħed għandu jagħmel; jammetti li żbalja, jitgħallem mill-iżball u ma jerġax jagħmlu”.
Madanakollu huwa insista li donnu f’pajjiżna “ma nitgħallmux.”
Fl-aħħar ġimgħa sar magħruf li pajjiżna qed iħejji sabiex mill-1 ta’ Ġunju jibda jerġa’ jilqa’ lura t-turisti f’pajjiżna b’mod sħiħ, pass bżonnjuż sabiex ir-rota ekonomika terġa’ tibda ddur madanakollu bosta esperti saħqu li huwa imperattiv li l-iżbalji li twettqu fis-sajf li għadda ma jerġgħux jirrepetu ruħhom..żbalji li ssarfu f’piż fuq is-saħħa mentali u fiżika tal-poplu Malti u Għawdxi.
//= $special ?>