Lokali Qorti

Diversi permessi tat-tliet sptarijiet fosthom il-masterplan t’Għawdex għadhom lanqas biss ġew proċessati

Diversi permessi biex isir xogħol fuq it-tliet sptarijiet li l-Gvern għadu jħallas il-miljuni għalihom għadhom lanqas biss ġew proċessati u għadhom qed jistennew. kollox jindika li ħafna mill-applikazzjonijiet għal rinovamenti ġew preżentati saħansitra s-sena l-oħra.

Marthese Debono, rappreżentanta legali f’isem l-Awtorità tal-Ippjanar qalet li fost xogħolijiet li għadhom qed jistennew hemm il-masterplan tal-isptar Ġenerali ta’ Għawdex.

Applikazzjoni li għadha sospiża hija dik biex ikun hemm żieda fis-sodod tal-istess sptar t’Għawdex. Dan ħareġ meta fil-Qorti hija ppreżentat numru ta’ dokumenti dwar l-applikazzjonijiet li saru u li hemm minnhom pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar fir-rigward tal-isptarijiet.

Dan ħareġ meta quddiem l-Imħallef Francesco Depasquale kompli l-kawża li qed issir mill-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia kontra l-eks Prim Ministru Joseph Muscat fejn qed jintalab li jitħassar il-kuntratt ta’ Vitals Global Health Care għat-tmexxija ta’ tliet sptarijiet pubbliċi.

Suppost kellu jixhed ukoll is-Segretarju tal-Kabinett, Mario Cutajar, iżda huwa ppreżenta rikors li ma jistax jagħmel dan għaliex dak li jingħad fil-Kabinett ma jistax ikun pubbliku.

Fit-18 ta’ Novembru li għadda Cutajar ippreżenta kopja tal-Memorandum of Understanding (MoU) dwar kuntratt tal-isptarijiet Vitals flimkien ma’ ta’ Stewart.

Dwar jekk hemmx kopji oħrajn Cutajar kien qal fil-Qorti li ma jafx iwieġeb iżda mill-memorja ma jidhirlux, iżda qal li kien lest li jfittex u jinforma lill-Qorti dwar dan. Qal li ried ifittex f’tal-kabinett, biex ikun ċert mija fil-mija.

Mitluba l-aġenda tal-kabinett fuq Vitals għall-korrezzjoni

Madankollu l-avukat Edward Debono li qed jidher għad-deputat Nazzjonalista Adrian Delia qal f’risposta għal dan ir-rikors li huwa ma talabx li fix-xhieda ta’ Cutajar jingħad dak li ġie diskuss fil-kabinett, imma biss biex jippreżenta l-aġenda tal-kabinett, ifuq l-Vitals u kull min kellu x’jaqsam jiġi mniżżel fl-aġenda. U dan f’ġieħ il-korrezzjoni!

Qal li dan fid-dawl kollu fid-dawl li Joseph Muscat u Konrad Muscat qalu fil-Qorti li l-Vitals issemma mill-anqas bejn 12 u 14-il darba. filwaqt li meta l-Ministri kollha li xehedu, fosthom il-Viċi Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne u l-Professur Edward Scicluna qalu li kien hemm preżentazzjoni waħda tal-proeġtt fil-bidu nett, u dan ferm qabel ma ġie ffirmat il-kuntratt.

Għalhekk, qal l-Avukat Debono, huwa mportanti għall-kreddibilita tax-xhieda u l-piż li jrid jingħata f’din ilpkawża, fejn huwa mportanti li jippreżenta t-tali aġenda u għalhekk it-talba tas-segretarju tal-kabinett għandha tiġi miċħuda fl-interess tal-ġustizzja.

Barrra minn hekk, qal li l-Qorti hija awtorizzata f’kaz ta’ ‘qerq’ għandha tordna fuq li dak li jkun ingħad fil-kabinett jiġi magħruf lilha. Il-Qorti qalet li trid tiddeċiedi dwar dan wara li jkollha risposta tal-parti l-oħra.

Sadanittnat l-unika xhud fil-kawża, Marthese Debono qalet li ippreżentat diversi dokumenti lill-Qorti u lill-partijiet fejn qalet li fost oħrajn hemm applikazzjoni mingħand Steward Healthcare dwar l-Isptar Karin Grech, li dan jagħmel parti mill-isptar San Luqa.

Dwar dan hemm full development permit li bħalissa tinsab sospiża sakemm tinġabar l-informazzjoni mitluba mill-PA. Hija qalet ukoll li l-applikazzjoni min-naħa ta’ Vitals għall-iskola medika ta’ Barths u l-applikazzjoni għax-xogħlijiet fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.

Sostniet li l-masterplan application ġiet sospiża sakemm jiġu pprovduti d-dokumenti u allura l-peress ma ħariġx. Applikazzjoni oħra ppreżentata hi dik dwar permess fejn jidħlu li ‘stores’ tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u li għaliha kien inħareġ il-permess.

Permess li nħareġ f’Ġunju tal-2019 mill-Awtorità għall-Ippjanar kien sabiex isir oxygen tank. L-applikazzjoni saret minn Steward Healthcare. Qalet li fl-fit-2 ta’ Settembru kien ħareġ permess tal-isptar San Luqa fuq ir- rinovazzjoni tal-bini.

Fuq domanda tal-Avukat Debono hija qalet li meta jibdew ix-xogħolijiet iridu jinfurmaw lill-awtoritajiet. Hija qalet ukoll li f’seduta oħra se ġġib aktar dokumenti relatati fosthom il-‘commencment notice’, jekk daħlitx l-applikazzjonu u meta daħlet.

Marthese Debono qalet li fuq il-ħruġ tal-permess tal-isptar Karen Grech waħdu ma hemmx għax dan jifforma parti mill-Isptar San Luqa. Hija qalet li kienet qed tippreżenta d-dokumenti fuq l-applikazzjonijniet li kien hemm mill-2015 ‘l-hawn.

Sospiżi wkoll kien hemm applikazzjoni minn naħa ta’ Stewart biex jiġu demoliti fost oħrajn l-outpatients, il-kappella u parkeġġ taħt l-art u dan peress li qed tintalab aktar informazzjoni.

I;-kawża quddiem l-Imħallef Francesco Depasquale issa marret għas-16 ta’ Ġunju li ġej f’12.00pm. u dan peress li hemm il-possibilità li dawk preżenti fil-każ se jkunu laħqu tlaqqmu kollha. Xhud ieħor li mistenni jixhed fil-futur huwa Martin Balzan, is-Segretarju Ġenerali tal-Assoċjaazjoni Medika Maltija, il-MAM.

L-Avukat Adrian Delia qed ifittex biex jerġgħu jinġiebu lura t-tliet sptarijiet tal-Maltin – Karen Grech, St Lukes u l-Isptar Ġenerali t’Għawdex, u biex dawn jerġgħu jsiru tal-poplu.

Minn xhieda li diġa ħarġet fil-Qorti jirriżulta li d-‘deal’ kontroversjali tal-isptarijiet tal-istat minn Vitals Global Healthcare kien immexxi kompletament mill-Ministeru ta’ Konrad Mizzi bi Projects Malta kompletament imwarrba u ineżistenti.

Intant b’referenza għall-artiklu li deher fuq is-sit, netnews.com.mt, nhar it-12 ta’ April bl-isem “Mario Cutajar ippreżenta rikors biex ma jixhidx fil-kawża tal-Vitals li se ssir dalgħodu b’mod virtwali”.

Is-Segretarju Permanenti Ewlieni s-Sur Mario Cutajar qal li hu qatt ma għamel rikors biex ma jixhedx quddiem il-qorti. Lanqas ma għandu problema li jitla’ jixhed. Filfatt is-Sur Cutajar diġà xehed fil-kawża.

Tenna li l-uniku rikors li sar kien biex ix-xhieda tiegħu ma ssirx nhar ta’ Tnejn billi f’dan il-jum jitlaqqa’ l-kabinett u bħala Segretarju tal-Kabinett, is-Sur Cutajar ma jkunx jista’ jattendi biex jixhed.

L-aħbar ta’ Net News dwar tgawdija ta’ xi privileġġ fil-kabinett, kien fuq id-dokumenti tal-kabinett u mhux fuq is-Sur Cutajar personali. Fil-Qorti llum l-Avukat Edward Debono fis-sottomissjonijiet tiegħu dwar ir-rikors tas-Sur Cutajar ikkwota dak li kiteb fir-rikors l-Avukat tal-Istat.

Skont l-Avukat Debono, huwa ma riedx jixhed minħabba ‘privileġġ’ fuq id-dokumenti u li minħabba li dak li jingħad fil-kabinett ma jistax jiġi żvelat. Fl-ebda ħin ma ngħad fil-Qorti llum li x-xhieda ma tistax tingħata minħabba li huwa l-jum tat-Tnejn.

Kif ġie rrappurtat aktar il-fuq l-Avukat Debono qal li b’riżerva li hu jrid biss ikun jaf kemm il-darba kienet diskussa Vitals, u jekk hemm bżonn il-Qorti, qal l-Avukat Debono, l-Qorti tista’ titlob aktar informazzjoni.