Lokali

“Meta jirbaħ il-PN, tirbaħ Malta” – Bernard Grech

It-trend pożittiva tas-surveys turi l-avvanzi li qegħdin nagħmlu flimkien.

Hekk stqarr dalgħodu il-Kap tal-PN Bernard Grech, illi f’messaġġ fuq il-media soċjali stqarr illi jeħtieġ li ta’ kuljum “nibqgħu naħdmu sabiex inkomplu nikkonvinċu aktar nies jersqu lejna”.

“Biex dan ikompli jseħħ, se nkompli nieħu d-deċiżjonijiet li hemm bżonn, anki jekk ikunu diffiċli, sabiex inkompli nsaħħaħ lill-partit tagħna u l-pajjiżna sabiex ikun jista’ jdawwar paġna ġdida mill-aktar fis.”

Hu insista li meta jirbaħ il-PN, tirbaħ Malta.