Lokali Qorti

Mhux ħatja li ħalfet falz fil-Qorti

Mara anzjana ġiet illiberata minn akkużi li ħalfet falz fil-Qorti 13-il sena ilu. Maria Perrett ta’ 73 sena kienet qed tiġi akkużata li waqt kumpilazzjoni fis-7 ta’ Lulju tal-2008 hija ma qalitx il-verità waqt kawża ta’ separazzjoni.

Il-każ instema mill-Maġistrat Claire L. Stafrace Zammit f’materja ċivili quddiem ġudikant jew quddiem ufficjal iehor li jkollu s-setgha ta’ ligi li jagħti ġurament.

Il-kawża tittratta fuq allegat spergur mill-imputata fi proċeduri quddiem il-Qorti bejn koppja, liema proċeduri kienu ta’ separazzjoni personali bejn it-tnejn.

Maria Perrett kienet waħda mix-xhieda tar-raġel fejn martu kienet allegat li hija xehdet il-falz flimkien ma’ żewħha u raħel ieħor. Il-Qorti kkunsidrat x-xhieda tal-mara li kellha proċeduri ta’ separazzjoni fejn din spjegat li kien
hemm kumpilazzjoni quddiem il-Magistrat Doreen Clarke fejn Perrett xehdet il-falz.

Ix-xhud għamlet referenza għal traskrizzjonijiet tax-xhieda li ngħatat f’dik il-kumpilazzjoni. Kien hemm ukoll proċeduri quddiem l-Imhallef Joe Zammit Mckeon fejn l-imputata kienet qed tiġi akkużata li xehdet il-falz
fis-7 ta’ Lulju 2009.

Hija qalet illi hi u r-raġel tagħha kellhom ħanut fejn kienu jikruh minn Maria Perrett, u li dan kien f’San Ġiljan fejn ċertu Mario Xuereb kien jaħdem hemmhekk.

Hija qalet illi waqt il-proceduri ta’ separazzjoni personali, l-imputata qablet li taqleb il-kera ta’ dan il-ħanut fuq ħu r-raġel tagħha, r-raġel li kien għaddej minn kawża ta’ separazzjoni mingħġajr il-permess tagħha.

Hija qalet li Maria Perrett ma qalitx il-verità quddiem il-Qorti għaliex qalet illi hija kienet qalbet il-kera ghaliex ir-raġel li kien fil-proċess ta’ separazzjoni ma kienx qed iħallas il-kera meta mill-ktieb tal-kera jidher car illi l-kera kienet titħallas.

Qalet ukoll li Maria Perrett naqset illi tipproduċi l-aħħar paħna tal-ktieb tal-kera fil-kumpilazzjoni li kien juri illi hija tħġallset is-somma ta’ €15,000. Hija qalet illi dan sar minn wara dahjra alavolja hija kienet firmatarja fuq il-kuntratt ta’ kera.

Xehed ħu r-raġel li kien għaddej proċeduri ta’ separazzjoni u li kien il-persuna li ħa l-kera tal-ħanut inkwistjoni. Huwa jgħid illi dak iż-żmien ħuh kien għaddej minn proċeduri ta’ separazzjoni minn mal-mara tiegħu u mar lura fil-pagamenti tal-kera u aċċetta li jieħu mingħandu u hemmhekk sar kuntratt ta’ kera bejn l-imputata u x-xhud quddiem in-Nutar Pierre Falzon.

Tenna li apparti xi tliet pagamenti li kienu b’lura ħallas ukoll is-somma
€15,000 lill-imputata. Il-Qorti ħadet konjizzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Maġistrati preseduta mill-Maġistrat Doreen Clarke datata 16 ta’
Settembru 2009 fejn hija sabet ħati lir-raġel involut fil-proċeduri ta’ separazzjoni ta’ dikjarazzjoni falza (imma mhux ta’ frodi).

Dan meta huwa ddikjara li kien isseparat minn mal-mara tiegħu meta huwa talab li tinqaleb il-liċenzja tal-pastizzerija fuq isem ħuh. Illi dawn il-proċeduri pero’ ma kinux jittrattaw fuq il-kuntratt ta’ kera liema hu s-suġġett ta’ dawn il-proċeduri.

Il-Qorti kkunsidrat Illi f’dawn il-proċeduri Maria Perrett xehdet quddiem
żewg awtoritajiet ġudizzjarji quddiem il-Maġistrat Doreen
Clarke u quddiem l-Imħallef Zammit McKeon.

Fil-proċeduri quddiem il-Maġistrat Clarke ikkonfermat serje ta’ dokumenti
fosthom kopja tal-kuntratt tal-kera u żewġ kuntratti wieħed ta’
bejn hi u l-parte civile u żewġha u l-ieħor ta’ rexxissjoni bejnha u
bejn ir-raġel.

Kuntratt iehor li kkonfermat kien dak bejnha u bejn ħu r-raġel.
Issa l-punt ta’ kontestazzjoni kienet illi fix-xhieda taggħa quddiem il-Maħistrat Doreen Clarke ma semmietx li hija hadet bħala rigal is-somma ta’ €15,000, iżda meta xehdet quddiem l-Imhallef Zammit Mckeon fuq domanda tal-parte civile din ikkonfermat dan il-fatt.

Ir-raġel involut fis-separazzjoni kien qalilha li kien għaddej minn dipressjoni peress li kien għaddej minn proceduri ta’ separazzjoni minn mal-mara tieghu.

Illi huwa fatt illi Maria Perrett ma kinitx xhud determinanti għall-proċeduri fejn qed jiġi allegat l-ispergur u x-xhieda ta’ Maria Perrett ma tistax tikkostitwixxi spergur skont il-liġi u dan ghaliex ma kinitx determinanti għall-eżitu ta’ dawk il-proċeduri u l-anqas tista’ tgħid illi l-imputata kien se
jkollha xi dritt li kieku xehdet il-falz b’mod intenzjonat.

Ghal dawn il-motivi ma ssibx lill-imputata Maria Perrett ħatja tal-akkuża kif dedotta kontriha u għalhekk tilliberaha minnha peress li ma ħietx ippruvata.