Sport Sport Ieħor

“Mijiet ta’ atleti, amministraturi u dilettanti kienu qed jistennew tama li l-isport jirritorna”- Andrew Paris, President Exiles Sports Club

“Mijet ta’ atleti, amministraturi u dilettanti kienu qed jistennew tama li l-isport jirritorna”, hekk stqarr il-President u wieħed mill-fundaturi ta’ Exiles Sports Club Andrew Paris. Hu żied jgħid li din hija konferma ta’ kif l-isport f’pajjiżna u kull huw nvolut fih huwa tat-tielet klassi.

Paris qal li bħala bniedem li ġej mill-kamp tax-xjenza ma jistax jifhem kif meta l-istatistika tal-awtoritajiet kienet qed turi li t-trasmissjoni tal-virus fl-isport kienet waħda minima dan twaqqaf milli jkun organizzat u ma ngħatatx data ta’ meta se jkun jista’ jirritorna.

“L-atleta mhuwiex switch li tixgħel u titfih skond il-bżonn, l-atleta huwa bniedem komplut li jitħarreġ b’dedikazzjoni f’postijiet fejn il-protokolli huma stretti u kkontrollati”, żied jgħid il-President ta’ Exiles. Andrew Paris tkellem dwar il-fatt ta’ kif fil-waterpolo, ma kienx hemm każijiet ta’ trasmissjoni tal-virus, għaliex l-atleti obdew l-isrtuzzjonijiet kawti ta’ Sport Malta u l-ASA.

Andrew Paris temm jgġid li l-isport għandu l-aqwa ħaġa li qed tiġi kkastigata, hekk kif l-isport irawwem fl-atleti u l-persuni li jkunu qed jippratikkawh dixxiplina.