Lokali Parlament

Problemi kbar ta’ abbuż fost it-tfal; jeħtieġ iktar ħaddiema soċjali

Claudette Buttigieg, PN

Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg sostniet fil-parlament li jeżistu problemi kbar ta’ abbuż fost it-tfal fosthom fl-użu tal-alkoħol u sustanzi; quddiem din is-sitwazzjoni gravi jeħtieġ iktar ħaddiema soċjali.

Claudette Buttigieg tkellmet dwar l-importanza li t-tfal jinżammu fiċ-ċentru tal-politika u sostniet li hemm problema biex it-tfal jitressqu fil-qrati għaliex ikun hemm ċirkostanzi fejn it-tfal idumu snin jittellgħu quddiem il-qrati fil-kawżi.

Hawn tfal li qed jgħixu realtajiet tal-biża’ minħabba ċirkostanzi lil hinn mill-kontroll tagħhom, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li appellat biex ikunu indirizzati b’mod partikolari l-probemi tal-koppji li jieħdu d-droga għaliex dawn ikollhom effetti negattivi kbar fuq it-tfal.

Fil-pajjiż m’hawnx biżżejjed ħaddiema fis-settur soċjali, irrimarkat Claudette Buttigieg, li appellat biex il-ħaddiema soċjali jkunu mismugħa iktar. Dawn il-ħaddiema qed jidentifikaw il-problemi kbar fil-qorti waqt li t-tfal qed jgħaddu minn trawma meta jitressqu quddiem ċertu bordijiet li huma ma jkunux jafu lin-nies li hemm fihom.

Id-deputat Nazzjonalista kompliet li t-tfal għandu jkollhom garanzija ta’ permanenza biex huma jkollha stabbiltà f’ħajjithom u sostniet li s-sistema għandha tkun iktar familjari għat-tfal.

Claudette Buttigieg qalet li mill-ESPAD jirriżulta li bejn 31% u 33% ta’ tfal taħt it-13 il sena f’xi żmien pejodu waqt li xi darba 51% tat-tfal ħadu l-alkoħol; dan hu tort tal-ġenituri li jaċċettaw kultura fejn l-alkoħol hu aċċettat.

Hemm ukoll 14% tat-tfal li qed jużaw l-online gaming, 20% jħossu li l-kokaina li vermanet aċċessaiblbi, 14% jħossu li l-crack hi aċċessibbli waqt li l-kannabis sitetika qed tagħmel straġi waqt li 11 % tas-subien u 13% tal-bniet jieħu alkoħol b’mod eċċessiv.