Futbol Sport

Sassuolo b’rebħa minima kontra Benevento

Auto-gowl ta’ Barba kien biżżejjed għal Sassuolo biex jiksbu tlett punti oħra li permezz tagħhom telgħu fit-tmien post fil-klassifika bi 43 punt u fl-istess waqt qabżu lil Verona. Għal kuntrarju b’din it-telfa Benevento baqgħu fis-sittax il-post bi 30 punt daqs Fiorentina.

Minkejja li Sassuolo ddominaw għal ħinijiet twal l-ewwel taqsima, kien fil-ħin miżjud li fetħu l-iskor. Wara azzjoni ta’ Jeremie Boga, kien FEDERICO BARBA li f’tentattiv li jikklerja għeleb lil sieħbu Lorenzo Montipo. Minkejja reazzjoni minn Benevento matul it-tieni taqsima b’xi mod Sassuolo zammew il-vantagg minimu sa tmiem il-partita.

Is-Sibt Spezia v Crotone 3-2, Parma v Milan 1-3, Udinese v Torino 0-1
Ilbieraħ Inter v Cagliari 1-0, Juventus v Genoa 3-1, Sampdoria v Napoli 0-2
H.Verona v Lazio 0-1, Roma v Bologna 1-0, Fiorentina v Atalanta 2-3
Illum Benevento v Sassuolo 0-1