Internazzjonali

Tal-inqas persuna mejta wara sparatura barra sptar f’Pariġi

Tal-inqas persuna tilfet ħajjitha wara sparatura li seħħet barra sptar fil-Belt Kapitali Franċiża ta’ Pariġi.

Il-każ seħħ quddiem l-Isptar Henry Dunant fejn mill-ewwel rapporti jidher li ntlaqtu żewġ persuni, b’vittma minnhom tindarab fatalment.

Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li l-aggressur ħarab minn fuq il-post permezz ta’ mutur.

Kelliema għall-awtoritajiet saħqu li għalissa mhux magħruf il-mottiv wara dan l-attakk.