Futbol Sport

West Brom jegħlbu lil Southampton għat-tieni rebħa konsekuttiva

Rebħa importanti għal WBA fit-tentattiv biex jiskansaw milli jkunu relegati fejn issa fil-klassifika id-distakk ma’ Fulham niżel għal żewġ punti. Fil-31 minuta foul tal-goalkeeper Fraser Forster fuq Pereira. Ir-referee Simon Hooper saffar penalty. Taħ u skorjaħ MATHEUS PEREIRA. Erba’ minuti wara West Bromwich Albion irduppjaw. Minn azzjoni ta’ Mbaye Diagne, kien MATTHEW PHILIPS li għeleb lil Forster għat-tieni darba f’erba’ minuti. Bil-partita deċiża, t-tieni taqsima kienet biss formalita’ l-aktar wara liu fid-69 minuta WBA komplew ikabbru l-iskor.

Pass ta’ Okay Yokuslu lejn CALLUM ROBINSON li mill-ġdid għeleb lil Forster għat 3 – 0 . Fir-raba’ minuta tal-ħin miżjud, għal foul ta’ Conor Townsend fuq Moussa Djenepo, Southampton ingħataw penalty iżda Sam Johnstone salva x-xutt ta’ James Ward Prowse bil-partita tintemm 3 – 0.

F’partita oħra mill-Premier League Everton u Brighton temmew fi draw ta’ mingħajr gowls. Id-draw ta’ bla gowls f’mumenti deher l-aktar riżultat ovvju f’partita fejn id-difiżi rispettivi żammew intatt ir-riżultat sa tmiem il-partita. Minkejja li Brighton kienu aktar fil-partita, Everton rari dehru li setgħu joħorgu telliefa b’ Robin Oisen ftit li xejn ikun impenjat. Everton saħħew posthom fit-tmien post fil-klassifika bi 48 punt wiehed anqas minn Tottenham. Bil-punt miksub, Brighton laħqu lil Burnley bi 33 punt u fl-istess waqt qabżu lil Newcastle.

Il-Ġimgħa : Fulham v Wolves 0-1 Is-Sibt : Man City v Leeds 1-2
Liverpool v Aston Villa 2-1, C’Palace v Chelsea 1-4 Ilbieraħ : Burnley v Newcastle 1-2, West Ham v Leciseter 3-2, Tottenham v Man Utd 1-3
Sheff Utd v Arsenal 0-3 Illum : West Brom v Southampton 3-0,
Brighton v Everton 0-0