Coronavirus Lokali Saħħa

59 każ ġdid tal-COVID-19

Fl-aħħar 24 siegħa l-imwiet telgħu għal 403

Fl-aħħar 24 siegħa f’pajjiżna kienu rreġistrati 59 każ ġdid ta’ COVID-19 filwaqt li fiequ 50 persuna biex b’hekk il-każi attivi żdiedu b’ammont marġinali u issa huma 561 il-persuni attivi bil-virus f’pajjiżna bħalissa.

Sfortunatament, fl-aħħar sigħat, tilfet ħajjitha mara ta’ 68 sena bil-Coronavirus. Din il-vittma mietet fl-Isptar Mater Dei u tellgħet l-ammont ta’ vittmi tal-pandemija għal 403.

Permezz ta’ post fuq Facebook, l-awtoritajiet ħabbru li fl-aħħar 24 siegħa, l-iswab tests niżlu taħt l-2,000 filwaqt li ftit iktar minn 3,000 persuna issa żdiedu ma’ dawk li huma mlaqqma b’mod sħiħ għall-kontra l-COVID-19.