Sport Sport Ieħor

72% tal-pubbliku ta’ Tokjo jridu l-Olimpajdi kkanċellati jew posposti

(Ritratt: EPA)

Fi staħrriġ tal-opinjoni pubblika mill-aġenzija tal-aħbarijiet Ġappuniża ‘Kyodo News’ ħareġ li 72% tal-pubbliku ta’ Tokjo jrid li l-Olimpjadi tas-sajf li ġej ikunu kkanċellati jew posposti minħabba l-pandemija tal-coronavirus.

L-Olimpjadi mistennija jibdew f’inqas minn 100 jum ieħor iżda l-pandemija tal-COVID-19 qed iħarbtu xi ftit mill-preparazzjonijiet tal-atleti minn madwar id-dinja hekk kif il-każijiet pożittivi fil-Ġappun qegħdin jiżdiedu ta’ kuljum.

Ir-riżultati ta’ dan is-sondaġġ ħarġu ftit jiem wara meta l-Gvern Ġappuniż ħabbar aktar miżuri stretti fl-ibliet ta’ Tokjo, Kyoto u Okinawa, fejn uħud minn dawn il-miżuri jinkludu li ristoranti u ħwienet oħra jkunu magħluqin fit-8.00pm.

Il-Ġappun sa issa laqqam bejn wieħed u ieħor 36 miljun persuna b’60% tal-poplazzjoni ma tkun sodisfatta bir-rata li biha qed jingħata l-vaċċin. L-Olimpjadi huma skedati bejn it-23 ta’ Lulju u t-8 ta’ Awwissu.