Futbol Sport

Barcelona l-aktar klabb sinjur fid-dinja

Il-klabb ta’ La Liga Barcelona huwa l-aktar klabb sinjur fid-dinja. Huwa stmat li Barcelona jiswew €4.76 biljun, dan ħareġ minn lista ppublikata mill-‘Forbes’ magazine fejn ħareġ lista tal-aktar klabbs sinjuri fid-dinja. Fit-tieni post, kien klassifikat ir-rivali Spanjoli Real Madrid fejn huwa stmat li jiswew €4.75 biljun

Barcelona telgħu fil-quċċata wara li fis-sajf li għadda kienet qamet kontroversja dwar il-kuntratt ta’ Lionel Messi, bl-attakkant Arġentin ikun l-aktar player imħallas fid-dinja. L-20 tim li kienu kklasifikat f’din il-lista jiswew medja ta’ €1.9 biljun, żieda ta’ 30% fuq sentejn ilu. Dan seħħ minkejja li l-klabbs madwar id-dinja rreġistraw nuqqas fid-dħul tagħhom ikkawżat mill-pandemija tal-COVID-19.

Ir-rivista ta’ fama internazzjonali rrapurtat kif l-investituri ewlenin jkomplu jinvestu aktar flus fi klabbs tal-futbol milli fl-NFA u l-NBA.