Lokali

“Hemm bżonn ta’ aktar solidarjeta” – President George Vella

“Il-pandemija tal-Covid-19 uritna xi prioritajiet għandu jkollna f’ħajjitna u propju f’dan iż-żmien tant kruċjali, hemm bżonn ta’ solidarjita’ qalb is-Soċjeta’ Maltija.”

Dan kien il-messaġġ tal-President ta’ Malta George Vella, waqt il-Konferenża li ġiet organizzata mill-Fakultà tal-Benesseri Soċjali li ttratta l-effetti tal-Covid-19 f’pajjiżna.

Waqt il-koferenża tkellmu diversi esperti, fosthom Carmel Cefai, Lettur tal-Psikoloġija fl-Università ta’ Malta. Carmel Cefai semma’ l-impatt tal-Covid-19 fuq tfal ta’ eta’ bejn il-11 u 16 -il sena…fejn ħarġe b’mod car illi l-iktar fattur li għandhom bżonn l-istudenti huwa l-faraġ u l-appoġġ tal-familji tagħhom.

Tkelmet ukoll Jamie Bonnici, Research Support Officer, illi kkumentat fuq l-istudju li sar rigward l-impatt tal-Covid-19 fuq studenti Universitarji. F’dan l-istudju xjentifiku ħadu sehem madwar 777 student.

Hawn ħareġ li 40% tal-istudenti żiedu it-tipjip waqt il-Covid, kien hemm 30% żieda fl-użu tal-alkahol u madwar 47% żieda fl-użu tad-droga Kanabis. Ir-riżultati li ħarġu minn dan l-istħarriġ xjentifiku juri illi l-istudenti universitarji qegħdin ibatu minn kriżi emozzjonali u dipressjoni.

Waqt il-konferenza ġie diskuss ukoll l-impatt negattiv tal-Covid-19 fuq il-familji Maltin. Ingrid Grech Lanfranco, lettur fl-Universita ta’ Malta, stqarret li r-restrizzjonijiet b’rabta mat-tqala u t-twelid ma ntlaqghux tajjeb …u diversi missierijiet esprimew ir-rabja tagħhom ghaliex ma tħallewx iżuru lin-nisa u trabi tagħhom wara t-twelid.

Marvin Formosa, Professur tal-Ġerontoloġija u d-Dimenzja fl-Universita’ ta’ Malta tkellem fuq l-effetti li kien hemm fuq l-anżjani. Hu saħaq illi l-anżjani huma l-iktar nies li intlaqtu mill-pandemija, għaliex 9 minn 10 imwiet li kkawżat l-pandemija kienu vittmi ta’ eta ‘l fuq minn 65 sena. Apparti dan, minħabba li l-anżjani huma mitqiesa bħala l-iktar nies vulnerabbli fis-soċjeta’ kellhom joqgħodu ġewwa għal diversi xhur sħaħ… u dan wassal għal żieda ta’ dipressjoni u sens ta’ iżolazzjoni.