Internazzjonali

Identifikat il-pulizija li spara ‘b’iżball’ fuq Daunte Wright; jissoktaw il-protesti

Ritratt: SkyNews

Il-pulizija li spara fuq persuna ta’ karneġġjon skur kien identifikat bħala veteran li ilu jservi 26 sena fil-Korp.

Kim Potter spara fuq Daunte Wright fl-istess Belt fejn inqatel George Floyd.

Il-Pulizija qed jgħidu li b’iżball l-uffiċjal tal-pulizija uża l-pistola minflok it-taser, fejn infatti l-pulizija f’body cam jinstema’ jistagħġeb meta sema’ l-ħoss tal-isparatura waqt li jirrealizza li żbalja.

Din l-isparatura qajment mewġa ta’ protesti fiz-zona ta’ Brooklyn, fejn anki ssejħet l-armata. F’xi ħinijiet id-dimostranti attakkaw lill-uffiċjali billi xegħlu anki l-logħob tan-nar, bl-uffiċjali jirrispondu bil-gass tad-dmugħ.