Futbol Sport

Il-Kumitat Eżekuttiv tal-MFA jiddiskuti t-triq ‘il quddiem

Aktar kmieni waranofsihnar inżammet laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv tal-MFA fejn iddiskuta t-triq ‘il quddiem wara d-deċiżjonijiet marbuta mat-tmiem prematur tal-Kampjonat domestiċi abbażi ta’ Forza Maġġuri.

Waqt l-istess laqgħa l-Kumitat Eżekuttiv tenna d-determinazzjoni li jimxi b’mod konfromi u b’rispett sħiħ mar-regoli tal-Assoċjazzjoni li kienu analizzati fil-fond fid-dawl tal-verdetti stabbiliti mill-applikazzjoni tar-regolamenti dwar il-Forza Maġġuri.

Id-Dipartiment tal-Kompetizzjonijiet ippreżenta proposta b’rabta mal-format tal-istaġun li ġej 2021/22 bil-għan li il-Kampjonati Lokali jirritornaw għal kompożizzjoni regolari mill-istaġuni ta’ wara. Laqgħa oħra tal-Kumitat Eżekuttiv hija skedata għal nhar il-Ħamis 29 ta’ April