Lokali

Il-‘wiċċ’ tal-Labour tispiċċa l-Qorti b’akkużi serji ta’ ħasil ta’ flus

Floren Sultana… il-wiċċ tal-Labour… il-wiċċ li tmien snin ilu ntużat mill-Partit Laburista fi propoganda sabiex jirbaħ l-elezzjoni ġenerali.

Floren kienet l-wiċċ li ntuża mil-Labour biex tattakka lill-Partit Nazzjonalista b’korruzzjoni u inkompetneza… b’tgħajjir ta’ ‘arroganti’ għall-persuni li kienu jmexxu l-Gvern tmien snin ilu.

Iżda din l-istess persuna… illum…. tmien snin wara spiċċat hi stess akkużata b’ħasil ta’ flus b’lista sħiħa ta’ affarijiet li ġew konfiskati mill-Pulizija:

  • €52,000 fi flus kontanti
  • oġġetti varji tad-ditta inklużi Gucci u Armani
  • 10 arloġġi, inkluż Rolex
  • vażetti kbar tal-ħġieġ li fihom karti tal-flus u muniti
  • karozza Audi